Merhba
Storja
Gruppi
Hinijiet
Kuntatt
Ritratti
Avvizi
Fuljett
Artikli
Links
    KPP    

Artikli

 

Il-Knisja tal-Bidu

Qawrachurch.com se toffrilkhom serje ta' artikli qosra fuq il-Knisja tal-bidu; il-Knisja fl-ewwel żewġ sekli. X'inhi l-Knisja? Għalfejn twaqqfet? Min waqqafha?. (kompli)

Perikli online

Il-fenomenu tal-pornografija laħaq il-qies ta’ industrija minn mindu l-iżvilupp tat-teknoloġija għamilha possibli biex dan it-tip ta’ materjal jixxerred u jidħol prattikament f’kull dar fid-dinja, permezz tat-televixin, u issa l-internet.(kompli)

'Jien minix xi qaddis...'

Din hija frażi li ħafna drabi niġġustifikaw ruħna permezz tagħha. “Jien miniex xi qaddis, imma lanqas ma jien xi bniedem  ħażin…”. Kemm togħġobna t-triq tan-nofs! Mingħajr ma rridu, inħossuna komdi fil-moderazzjoni, kemm fit-tajjeb u kemm fil-ħażin. Propjament, triq tan-nofs m’hemmx.(kompli)

'Min missni?'

Ħafna drabi ngħidu kemm kienu ixxurtjati n-nies li għexu fl-istess post u żmien meta kien jgħix Ġesù. Kemm kien ikun sabiħ kieku smajna l-kelma tiegħu mingħandu stess jew rajna xi miraklu kbir, jew saħasitra kellimnih! Madanakollu, fir-realtà, biex verament Kristu jagħmel differenza f’ħajjitna, jeħtieġ xi ħaġa lil hinn minn dawn is-sentimenti!(kompli)

X'toffri din il-websjat

F’dawn il-ġimgħat nixtiequ nġibu fl-attenzjoni din il-websajt li qiegħdin nibnu. L-ewwel websajt tal-parroċċa tal-Qawra kienet www.qawrachurch.org u din kien jiħu ħsiebha P. Gorg Attard, ofm conv. li kien wieħed mil-patrijiet tal-Parroċċa tagħna fis-snin li għaddew. (kompli)

Il-Programm t'Alla

Alla għandu pjan imħejji għalina jew iħallina ngħixu kif irridu basta ma nagħmlux dnub? Spiss nisimgħu li hemm ħafna toroq li jwasslu għand Alla. Din hija kelma li tista tkun ta’ tfixkil għalina, għaliex nistgħu ninterpretawha b’ħafna modi u ħafna minn dawn l-interpretazzjonijiet huma qarrieqa. (kompli)

Il-Grazzja ta' Alla

Tgħid huwa biżżejjed li nħossunha tajbin ma’ Alla għax ma nagħmlu xejn gravi u għax aħna moderati? Tgħid huwa biżżejjed biex ngħidu li qegħdin, imqarr jekk ftit, imma għallinqas daqsxejn fil-Grazzja tiegħu? (kompli)

Dar għal Alla

Tħabbel rasek biex tipprepara ruħek sew għal Milied? Alla jibgħatlek ġrajjiet, bħal ma għamel lil Marija, biex tassew jitwieled Ġesu' ġewwa fik. (kompli)

Iva, dalwaqt ġej!

It-tieni miġja tal-Mulej fid-dinja se tkun differenti minn l-ewwel waħda. Int lest? Qiegħed tistennih? Jekk le, l-avvent ġie għalik. (kompli)

Spiċċalhom l-inbid

Iż-Żwieġ. Alla fejn jidħol? (kompli)

Il-Profeti

Dawn min huma? Għadhom jeżistu fi żmiena? Kif tagħraf profeta' veru minn wieħed falz? Artiklu maqsum f'żewġ partijiet fuq dawn l-personaġġi importanti. (kompli)

Il-Konverzjoni

In-nisrani huwa msejjaħ għall-konverżjoni kuljum. Imma x'iġifieri tikkonverti? (kompli)

Il-Gratiduni tal-bniedem

Għalik x'inhu l-iżjed importanti? Li ħaddieħor jirrikonoxxi t-tajjeb li tagħmillu jew li tagħmel it-tajjeb lil ħaddieħor? (kompli)

Alla lil kullħadd irid fis-Saltna tiegħu

Sa fejn tasal il-ħniena ta' Alla? Alla tassew iħobb lil kulħadd jew l-importanti għalih huwa li jsalvaw t-tajbin biss?

Alla jikkuntenta ruħu jekk l-maġġoranza tkun fis-saltna tiegħu? (kompli)

Għaddiet il-festa...x'ħalliet f'qalbna?

Il-festa ta' San Franġisk fl-għotji tal-Pjagi, għamlet xi effet fil-ħajja tiegħek? (kompli)

 

 

© 2008 Parroċċa San Franġisk t'Assisi Qawra-Buġibba.  Site powered by Qawra Webmasters.