Merhba
Storja
Gruppi
Hinijiet
Kuntatt
Ritratti
Avvizi
Fuljett
Artikli
Links
    KPP    

Qawrachurch.com se toffrilkhom serje ta' artikli qosra fuq il-Knisja tal-bidu; il-Knisja fl-ewwel żewġ sekli. X'inhi l-Knisja? Għalfejn twaqqfet? Min waqqafha?

Il-Knisja tal-Bidu

L-ewwel parti

Il-Knisja hija x-xirka (għaqda) li Ġesù Kristu, l-Iben t’Alla, waqqaf sabiex il-bniedem jgħix il-ħajja ta’ dejjem. Il-Knisja bdiet tissejjaħ Kattolika sa minn l-ewwel jew it-tieni seklu. Il-Knisja Kattolika tal-lum hija l-istess waħda li Ġesù waqqaf fuq Pietru u l-Appostli.

Il-Kelma Knisja, bil-grieg Ekkelesia tfisser assemblea ta’ nies imsejħin flimkien u kienu jużawha biex ifissru komunita’ ta’ magħżulin. Ġesù, wara li Xmun stqarr li Ġesù kien ‘l-Messija, Bin Alla l-ħaj’,  jgħid lil Xmun; ‘Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet. U jiena ngħidlek: Inti Pietru u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex. Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet u kull ma’  torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet u kull ma’ tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet’ (Mt 16, 18-20). Billi Ġesù jsemmi s-saltna ta’ Alla fl-istess sentenza li jgħid lil Pietru, dan juri li l-Knisja u is-Saltna tas-Smewwiet rabta bejniethom. Fil-fatt, il-Knisja hija Komunità eskatoloġika (ta’ l-aħħar żminijiet), li għandha l-bidu tagħha f’din id-dinja.

Din il-Knisja, ir-ras tagħha huwa Kristu, u bħala r-ragħaj tagħha huwa Pietru. Ġesù ma bediex jirreferi għal grupp tal-Appostli biss meta qalilhom fuq il-Knisja tiegħu, imma fuq is-suċċessuri tagħhom kollha, għalhekk, anki fil-każ ta’ Pietru, warajh is-suċċessuri kollha għandhom l-istess setgħat li Ġesù ta lil Pietru. Is-suċċessur ta’ Pietru huwa l-Papa. Jekk hemm xi ħadd li jaħseb li Pietru mhuwiex il-blata tagħha, mela din mhix il-Knisja li waqqaf Kristu. San Injazju ta’ Antijokja, li għex fis-sena 100 wara Kristu, qal: ‘Fejn hemm Ġesù, hemm tinsab il-Knisja Kattolika’.

it-tieni parti

it-tielet parti

Iklikkja hawnhekk għal aktar artikli

 

 

(Biex inkiteb dan l-artiklu, ġie ikkonsultat is-serje fuq l-Istorja tal-Knisja ta' Fr Alexander Bonnici)

 

Pentekoste; il-jum li fih l-Ispiertu s-santu niżel fuq l-Appostli u fuq Marija; twieldet il-Knisja.

 

 

© 2009 Parroċċa San Franġisk t'Assisi Qawra-Buġibba.  Site powered by Qawrawebmasters.