Parrocca S.Frangisk Qawra - Bugibba

Merhba
Storja
Gruppi
Hinijiet
Kuntatt
Ritratti
Avvizi
Fuljett
Artikli
Links
    KPP    

 Il-Gratiduni tal-bniedem

Just wanted you to say thank you

Kemm-il darba tagħmel biċċa xogħol, jew xi pjaċir għal xi ħadd? Xi kultant ikollok tagħmel xi ħaġa għax tkun trid tikkuntenta lil xi ħadd li fil-passat kien għenek f’xi ħaġa, u b’hekk tkun qed tħallas dejnek. Xi daqqiet oħra tagħmel att tajjeb b’mod volontarju, għal ġid ta’ xi ħadd jew għax tkun taf li se togħġob lil ħaddieħor.

Kemm-il darba iżda, dak li jkun ma japprezzax dak lit kun għamiltlu? Kemm-il darba onestament stennejna li jgħidulna grazzi u bqajna mingħajrha? Kemm-il darba gergirna kontra dak li jkun għax ma għarafx kemm ħdimna bil-qalb għalih, anzi minflok jikkritikawna. |gur li kulħadd iħoss l-uġigħ minħabba in-nuqqas ta’ gratitudni. Iżda hawn ħafna minna ukoll li tant inħossuna mhux rikonoxxuti, li nibqgħu taħt dik il-weġgħa u nħallu x-xitan jinqeda biha u nispiċċaw niġġudikaw u nikkundannaw lil ħaddieħor, kemm f’qalbna, ma’ ħaddieħor u ngħixu ħajjitna b’nuqqas kbir ta’ ferħ.

Kull sena, fl-1 ta’ Ottubru l-Knisja tfakkarna f’qaddisa sempliċi u umli ħafna: Santa Tereża tal-Bambin Ġesu’. Anke din il-qaddisa għaddiet minn sitwazzjonijiet bħal dawn. Għad li kienet taħseb li qed tagħmel kollox għal Alla, hi stess tistqarr fil-kitbiet tagħha, li ġieli anki bkiet minħaba n-nuqqas ta’ gratitudni ta’ oħtha. Iżda ġrajjiet bħal dawn, minflok qatgħulha qalbha, servewha sabiex tagħraf lilha nnifisha.  Tereża rrealizzat li l-gratitudni tal-bnedmin, ftit tiswa ħdejn il-ferħ ta’ Alla li jingħatana meta nħobbu liberament, jiġifieri, mingħajr ma nistennew xejn lura. Sakemm nibqgħu nagħmlu kollox għal ħaddieħor u mhux għal Alla, ngħaddu ħajjitna fi tfittixja bla tmiem.

Hija l-imħabba libera, mhux egoista, li tagħtina l-qawwa li ma nżommux f’qalbna meta ħaddieħor ma japprezzax. Din l-imħabba libera hija l-istess imħabba li biha jħobbna l-Mulej. U mn’Alla ma kienx hekk! Alla jistendinna nħobbu bħalu; b’hekk nidħlu fil-Paċi tiegħu, u mhux il-paċi li jagħtuna l-bnedmin. Ma naħsbux li att ta’ mħabba mingħajr ma nistennew xejn lura, hija xi ħaġa faċli! Naħsbu ftit kemm nixtiequ lil ħaddieħor iħobbna lura meta nagħmlu att sabiħ lil xi ħadd. Nitolbu biex nindunaw kemm Alla jħobbna b’dan il-mod u nitolbu l-Ispirtu tiegħu biex anki jien u inti nħobbu bħalu. U kull ħaġa li nagħmlu imbagħad, tkun tassew għal glorja ta’ Alla, u ta’ Alla biss.


© 2008 Parroċċa San Franġisk t'Assisi Qawra-Buġibba.  Site powered by Qawra Webmasters.