i

Merhba
Storja
Gruppi
Hinijiet
Kuntatt
Ritratti
Avvizi
Fuljett
Artikli
Links
L-Abbatini

Min hu l-abbati?


Għal mistoqsija bħal din, naħseb kulħadd jaf jirrispondiha: ‘dak li jgħin il-quddiesa!’ Tweġiba bħal din hija ftit wisq għat-tifsira ta’ abbati. Fi kliem sempliċi u mingħajr ħafna tul, l-abbati huwa dak it-tfajjel jew żagħżugħ li huwa l-aktar qrib ta’ Gesu’ fuq l-altar wara s-saċerdot. L-abbati, barra li jgħin il-quddiesa, jrid ikun żagħżugħ li jħobb ħafna l-Knisja. Jagħmel kemm jista’ biex jara kif jagħmel ħalli l-quddiesa issir sewwa u jibda jipprepara minn qabel l-meħtieġ għall-quddiesa. L-abbati huwa wkoll kuntent li huwa Nisrani u tant ikollu dan il-ferħ, li anke jasal biex isib ħin biex jitlob quddiem Gesu’ Sagramentat! Mhux l-anqas huwa jrid ikun ta’ eżempju għal sħabu li jkun magħhom. Meta jikber u jasal il-waqt li jispiċċa minn abbati, irid jibqa’ jgħożż dik l-imħabba li Ġesu’ xettel fil-qalb tiegħu! X’uħud mill-abbatini meta jikbru jagħżlu li jiżżewwġu u allura dik il-Fidi li għandhom jgħadduha lil uliedhom. Hemm oħrajn, li meta jiskopru s-sabiħ li Ġesu’ qed isejħilhom, jiddeċiedu li jsiru patrijiet Franġiskani Konventwali bħalma għandna fil-Parroċċa tal-Qawra u Buġibba! U naħseb li kemm meta jiżżewweġ xi abbati u kemm meta xi abbati jsir Patri inkunu ilkoll mistednin biex nifirħu magħhom!


 


L-abbatini qegħdin jieħdu ħsiebhom is-Sur Charlton Zammit u is-Sinjura Fiona Zammit Gauci u 

Fr. Antoine Apap itihom daqqa t’id. Niltaqgħu s-Sibtijiet għall-quddiesa tat-8.30am u wara jkollna l-laqgħa sal-11.15am. Abbatini jistgħu jidħlu dawk is-subien li jkunu waslu għall-Ewwel Tqarbina ‘il fuq. Min jixtieq jidħol abbati jista’ jkellem lil Fr. Antoine u jċempillu fuq telefon 21577088 jew mob 79899515.


Grazzi li qrajt dwarna l-abbatini u kunu imberkin!

L-abbatini tal-Parrocca tal-Qawra u Bugibba

 

 

 

2008 Parroċċa San Franġisk t'Assisi Qawra-Buġibba.  Site powered by Qawra Webmasters.