i

Merhba
Storja
Gruppi
Hinijiet
Kuntatt
Ritratti
Avvizi
Fuljett
Artikli
Links
 
Katekisti
 

Fil-parroċċa tagħna, il-katekiżmu għat-tfal bejn il-ħamsa u tnax -il sena huwa mgħallem minn katekisti volontarji, ħafna minnhom ommijiet ta’ famiji residenti fil-parrocca tagħna.

Il-katekiżmu mhuwiex biss il-prerekwiżit għat-tfal biex jirċievu s-sagramenti tal-qrar, tqarbin u griżma ta’ l-Isqof, iżda huwa wkoll il-formazzjoni fil-fidi nisranija tagħhom. Illum il-ġurnata, sfortunatament, it-trażmissjoni tal-fidi ma tantx għandha isseħħ fil-familja. Minħabba li x-xoghol tal-iskola u r-rekreazzjoni quddiem il-kompjuter u t-televixin ħadu ħafna mill-ħin, ftit ikollhom ċans il-ġenituri, jew min jieħu ħsieb it-tfal, biex jitrasmettu il-fidi lil uliedhom. Il-katekiżmu, għad li m’għandux jieħu post it-trażmissjoni tal-fidi fil-familja, jipprova itaffi minn dan in-nuqqas, u fl-istess ħin jipprepara it-tfal sabiex jirċievu għall-ewwel darba is-sagramenti.

In-numru ta’ tfal li jigu għal-katekizmu fil-parrocca tagħna huwa kbir u hawn il-bżonn ta’ iktar katekisti għal dan l-għan. Mhux bilfors tkun mara li taħdem id-dar biex issir katekist/a u jekk tħoss din is-sejħa, serraħ rasek li se tircievi l-formazzjoni meħtiega anki inti, kemm qabel, kif ukoll wara li tibda tkun mat-tfal. Kellem lil kappillan Fr Christopher Galdes jew lil Ms Vivi Agius jekk tixtieq tidħol għal dan il-volontarjat tant importanti għal-parrocca tagħna. Din l-esperjenza hija ta’ ġid kbir spiritwali tiegħek ukoll.

 

© 2008 Parroċċa San Franġisk t'Assisi Qawra-Buġibba.  Site powered by Qawra Webmasters.