i

Merhba
Storja
Gruppi
Hinijiet
Kuntatt
Ritratti
Avvizi
Fuljett
Artikli
Links
 
Letturi
Alison Jordan

Il-grupp tal-letturi jipproklamaw il-qari ta’ l-iskrittura regolarment fil-parroċċa. Id-dmir tal-lettur huwa partikolari u fl-istess ħin important ħafna. Mingħajr letturi tajbin, il-qari tal-Kelma t’Alla ma jkunx jista jasal f’widnejn il-ġemgha fil-quddiesa għax li tisma, speċjament meta tkun f’massa ta’ nies, m’huwiex faċli.

L-Importanza tal-Iskrittura Mqaddsa
Il-qari tal-iskrittura, ħafna drabi, nagħtuh ftit wisq attenzjoni u importanza għall-ħajjitna, meta fir-realtà, l-iskrittura hija nutriment essenzjali u indispensabli għan-nisrani. Ħafna drabi wkoll, meta nippruvaw nisimgħu x’ikun qed jingħad, ma nifmux x’ikun irid iwasslilna l-qari. Ir-raġuni hija li għadna ma drajniex l-istil, is-sinifikat, u s-sinjali li nsibu fl-iskrittura, daqs kemm insibuha diffiċli nidraw malajr kif xi ħadd ġdid jitkellem u x’ikun irid jgħid.
Dan huwa nuqqas li ħafna drabi ma nagħtux każu, forsi għax naħsbu li l-qari ta’ iskrittura, speċjalment tat-testment il-qadim u l-ittri appostolici, huwa biss oġġett antik, għal-istudjuzi u r-reliġjuzi. Dan huwa żball. Fl-iskrittura issib l-episodji kollha tal-hajja tiegħek, miktubin f’tixbihat jew fil-ġrajjiet storiċi tal-poplu Lhudi. Fl-iskrittura issib kliem ta’ faraġ, kliem ta’ twissija, kliem ta’ tifħir, u anki kliem ta’ lamentazzjoni. Il-bibbja mhix sempliciment gwida għal ħajjitna. Diġa nsibu ħafna gwidi fis-soċjetà li b’mod fin jgħidulna kif għadna ngħixu ħajjitna skond id-dinja. Alla jrid iwellidna mill-ġdid; jagħtina il-fidi permezz tal-Knisja. U l-fidi, jgħidilna San Pawl, tiġi mis-smiegħ tal-Kelma ta’ Alla, li l-Knisja għandna il-mandat mingħand Alla biex tinterpretahilna fid-dawl ta’ l-Ispirtu s-Santu li jgħammar fiha.

Id-dmir tal-lettru mhux impenn sekondarju. Jekk tħoss li għandek tagħti servizz utli u importanti fil-Knisja, dak tal-lettur, tħeggeg u tkellem mas-segretarju tal-Parrocca, Mr John Darmanin. Hawn bżonn ta’ letturi tajbin, speċjalment żgħażagħ sabiex iwasslu l-Kelma. Tistħix u tħajjar inti wkoll.

 

 

© 2008 Parroċċa San Franġisk t'Assisi Qawra-Buġibba.  Site powered by Qawra Webmasters.