i

Merhba
Storja
Gruppi
Hinijiet
Kuntatt
Ritratti
Avvizi
Fuljett
Artikli
Links
 
Mixja Neokatekumenali
Vergni

X’inhi l-Mixja?
Il-Mixja Neokatekumenali huwa itinerarju, jew programm serju ta’ formazzjoni progressiva għal-zgħażagħ u adulti fil-fidi nisranija, fejn wieħed ikun parti minn komunità ta’ aħwa li magħhom jagħmel il-mixja. Din il-forma tixbah kif l-ewwel insara kienu jgħixu l-fidi tagħhom, propju f’komunitajiet żgħar, filwaqt li l-formazzjoni tixbah kif il-Knisja tal-bidu kienet titrassmetti il-fidi lil dawk in-nies li riedu jitgħammdu (msejħa katekumeni) u b’hekk jidħlu fil-fidi kristjana. L-iskop tal-mixja hija l-Evangelizazzjoni l-Ġdida, iġifieri xandir tal-Evanġelu li jgħodd għall-bniedem ta’ llum sabiex finalment isir tassew nisrani skond il-Mulej.

Meta bdiet?
Il-Mixja Neokatekumenali stabbilixxiet ruha fi Spanja fl-1964 u ġiet approvata definittivament nhar il-Ġimgha, 13 ta’ Ġunju 2008 mill-Kunsill Pontifiċju għall-Lajci, l-Vantikan.

X’irrid nagħmel biex insir naf iżjed dwarha?
M’ intix se tkun taf x’jiġifieri tkun parti minn komunità nisranija billi taqra jew tfittex fuqha. Hija esperjenza li wieħed irid jgħix biex ikun jaf x’issarraf. Imma jekk tixtieq tkun taf izjed,  kellem lil Kappillan Fr Christopher Galdes. Inħeġġek ħafna. Żgur li int min int ma tħossokx maqtuh fil-komunità.

 

 

© 2008 Parroċċa San Franġisk t'Assisi Qawra-Buġibba.  Site powered by Qawra Webmasters.