i

Merhba
Storja
Gruppi
Hinijiet
Kuntatt
Ritratti
Avvizi
Fuljett
Artikli
Links
 
Ministri Straordinarji tat-Tqarbin
 

Il-Ministri Straordinajri tat-Tqarbin jagħtu servizz importanti ieħor, dak tat-tqassim  tal-Ġisem ta’ Kristu. Il-kelma Ministru tfisser qaddej, u huwa propju dan ix-xogħol ta’ dawn il-persuni, li jkunu qaddejja ta’ l-oħrajn; qaddejja li jwasslu dan l-Ikel tal-Ħajja ta’ Dejjem. Dan il-ministeru mhux biss li jgħin lis-sacerdot fit-tqarbin waqt il-quddies, izda wkoll iwassal dan is-Sagrament lil morda, xjuh u l-persuni li minħabba li jkunu qiegħdin jiehdu ħsiebhom, ma jkunux jistghu joħorġu mid-dar.

Minn dan il-ministeru nistgħu lkoll kemm aħna nitgħallmu ħafna. L-ebda bniedem ma jistħoqqlu jkun ministru tat-tqarbin, għax ħadd ma għandu idejh biżżejjed safja biex ikun jistħoqqilhom imissu l-Ħaruf t’Alla. Minkejja dan kollu, l-Iben ta’ Alla, xorta jħalli u jrid li aħna nirċevuh. Tant kemm hija kbira u vera l-imħabba tiegħu li jmur lilhinn minn dak li jistħoqqilna u jaħtina bil-wisq iżjed grazzji minn hekk. Waħda minnhom hija propju din; li kull nisrani dispost, jista jitqarben kuljum u jekk ikollu l-mandat mill-Knisja, jista wkoll iqarben lil ħutu fil-fidi.

Il-ministru tat-tqarbin huwa wkoll xbieha ta’ kif għandu jkun kull nisrani. Il-magħmudija tagħtina id-dmir li nwasslu lil Kristu lil oħrajn. U bħalma l-ministru tat-tqarbin iwassal il-Ġisem ta’ Kristu, hekk ukoll kull nisrani għandu d-dmir qaddis li jwassal lil Kristu kull fejn ikun, bil-kelma u l-imġieba, u dan il-ministeru universali għad li nħossuna dgħajfin biex inwetqugħ, Alla lest u jrid jagħtina l-qawwa mill-Ispirtu tiegħu sabiex inwettquh.

 

© 2008 Parroċċa San Franġisk t'Assisi Qawra-Buġibba.  Site powered by Qawra Webmasters.