i

Merhba
Storja
Gruppi
Hinijiet
Kuntatt
Ritratti
Avvizi
Fuljett
Artikli
Links
 
Qawmien, Grupp Kariżmatiku
 

It-Tiġdid Kariżmatiku jħeġġeġ lil kulħadd bies jiskopri mill-ġdid intimità ma’ Ġesù Kristu bħala l-uniku feddej tal-ħajja tagħna, li dejjem lest ifejjaq il-ġrieħi kollha tagħna u jgħammidna lkoll bil-qawwa ta’ l-Ispiertu Qaddis Tiegħu.
Dan isir permezz ta’ talb fejn l-aħwa:

  • Jiltaqgħu flimkien ifaħħru lil Alla u jkobru r-relazzjoni tagħhom miegħu.
  • Jaċċettaw lil Ġesù bħala l-Mulej u s-Salvatur personali tagħhom.
  • Jiġġeddu fil-magħmudija fl-Ispirtu.
  • Jilqgħu u jħaddmu d-doni
  • Jikbru fil-frott ta’ l-Ispirtu
  • Jiżviluppaw ħajja ta’ qdusija f’kuntest Sagramntali ta’ fidi, tama u mħabba.
  • Ikunu xhieda ta’ Ġesu` Kristu permezz tax-xhieda personali u opri ta’ ħniena u Ġustizzja.

Huwa miftuħ għal kulħadd. Il-membri huma ta’ etajiet differenti. F’din il-laqgħa ta’ talb mhux biss tisma dwar Ġesu`, iżda ssir tafu. Ma hemm ebda rabta. Il-grupp tal-Qawra Qawmien huwa parti mit-tiġdid Kariżmatiku Malti u jiltaqgħa kull nhar ta’ Tlieta fis-7pm fiċ-ċentru pastorjali Block C.

Ejja u ħu din l-esperjenza ta’ Ġesu`. Ma jiddispjaċikx żgur!

 

 

© 2008 Parroċċa San Franġisk t'Assisi Qawra-Buġibba.  Site powered by Qawra Webmasters.