Parrocca S.Frangisk Qawra - Bugibba

Merhba
Storja
Gruppi
Hinijiet
Kuntatt
Ritratti
Avvizi
Fuljett
Artikli
Links

 Il-Profeti ta’ Iżrael
Addattat mill-Bibbja ta’ Ġerusalemm

l-ewwel parti

Bibbja

Kull reliġjon kbira tal-qedem kellha l-kelliema ispirati tagħha li kienu jgħidu li jitkellmu f’isem tal-allat. Anki dawk il-popli ġirien ta’ Iżrael kellhom minn dawn il-tip ta’ nies. Il-messaġġ tagħhom kien ikun indirizzat lir-rejiet, u f’dan il-punt, jixbhu lill-profeti bikrija ta’ Iżrael bħal Samuel, Natan u x’uħud mill-profeti il-kbar. Mużika u reċtar ġieli kienu jintużaw biex ixandru l-messaġġ tagħhom.

Xi kultant, l-imġieba ta’ dawn il-profeti kienet teatrali, tant li illum nistgħu naħsbuhom li kienu imġienen. Manakollu, il-mod ta’ kif iwasslu il-kelma huwa sekondarju jekk tħares lejn il-missjoni tagħhom u dak li qegħdin ixandru. Fil-fatt kien il-messaġġ tagħhom u lil min kien indirizzat li jagħmel kuntrast bejn il-profeti ta’ Iżrael u dawk ta’ popli oħra. Il-profeti ta’ Iżrael, jiġifieri dawk li għandna l-kotba tagħhom fit-Testment il-Qadim, kienu jkellmu u jagħmluha mhux biss mas-slaten u nies importanti tal-pajjiż, iżda wkoll mal-poplu.

Il-kelma profeta ġejja mill-kelma Lhudija “nabi” li probabbilment tfisser li issejjaħ jew li xxandar. Minn dan nisiltu x’inhu l-profeta; il-profeta huwa dak li għandu il-Kelma t’Alla, jwassalha u jinterpretaha. Kull profeta jirċievi sejħa xi darba fil-ħajja tiegħu, u din is-sejħa jirċeviha b’mod ċar. Mhux biss il-kelma li jxandru il-profeti jitkellmu fuq Alla, imma il-ħajja tagħhom hija messaġġ stess ta’ Alla. Il-ħajja tagħhom hija xhieda fiha infisha. Per eżempju, iż-żwieġ imnikket ta’ Ħosegħa huwa simbolu tal-infedelta’ ta’ Iżrael.

Il-messaġġ Divin jiġi għandhom b’ħafna modi, bħal viżjonijiet, billi jisimgħu eċċ. Imma ħafna drabi tkun permezz ta’ ispirazjoni ġewwinija. Il-profeta veru m’għandux dubju fuq il-Kelma li jxandar għaliex għandu kuntatt, jew esperjenza mistika ta’ Alla. Il-profeta għalhekk mhux xi poeta jew xi saħħar.

Minkejja il-varjazzjoni bejniethom, hemm karatteristika li tgħaqqadhom ilkoll. Il-profeta awtentiku jaf li huwa biss strument, messaġġier. Xejn iżjed. Kliemu, għalkemm tiegħu, m’humiex ġejjin tiegħu u fuq dan m’għandux dubju. F’dan is-sens, nistgħu ngħidu li l-profeta kien jaf din il-verita’; il-Kelma li jxandar, ma ħoloqhiex hu minn moħħu, imma ġiet mogħtija lilu b’sejħa biex iwassalha.

J’Alla aħna wkoll fil-ħajja tagħna nagħrfu min huma l-profeti li qed jibgħatilna l-Mulej, kemm bħala Knisja kif ukoll bħala individwi. Min huma l-profeti fil-ħajja ta’ llum? Ġesu’ jitkellem ċar fuq il-bżonn li nagħrfu l-profeti foloz minn dawk ta’ veru. Kif se nagħrfuhom?

It-Tieni Parti


© 2008 Parroċċa San Franġisk t'Assisi Qawra-Buġibba.  Site powered by Qawra Webmasters.