Parrocca S.Frangisk Qawra - Bugibba

Merhba
Storja
Gruppi
Hinijiet
Kuntatt
Ritratti
Avvizi
Fuljett
Artikli
Links

 

 

 

 

 

 

Aramajk

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kif tagħraf il-profeta falz?                          
Il-profeta jkun jaf il qed jitkellem verament f’isem Alla. Imma xi ngħidu għal dawk li jisimgħuh? Profeti foloz nisimgħu bihom kemm –il darba fil-Bibbja. Jista jkun li l-profeta falz, ikun qed jaħseb li huwa profeta tassew…u jkun sinċier f’dan is-sens…imma ma jkunx Alla li jkun qed jispirah. Jista jkun ukoll li l-profeta falz ikun jaf li jkun falz…f’dan il-każ, m’huiex sinċier lanqas miegħu nnifsu.

Il-profeti foloz ma tagħrafhomx minn dawk ta’ veru mil-imġieba tagħhom. Fil-fatt il-profeta falz jirnexxielu jdaħħal dubji f’moħħ il-poplu u dawn ikunu se jemmnuh, għallura l-profeta mibgħut minn Alla jkollu jikxef il-falzità tagħhom. (Ara 1 Slat 22, 8. Ġer 28, Ġer 23, Eżek 13.)
Imma jekk profeta hux ġej minn Alla? It-testment il-qadim joffri żewġ kriterji: li l-profezija li jxandar iseħħ tassew (Dt 18,22. Ġer 28, 9, Iż 7,14. Ġer 28,15) u iktar importanti, li it-tagħlim tal-profeta jkun jaqbel mad-duttrina ta’ Alla. Niftakru li Alla irrevela il-Liġi fl-ewwel ħames kotba tal-Bibbja, it-Torah, jew il-Pentatewku. (Dt 13, 1-6. Ġer 23, 22) U kull profeta tat-testment il-qadim, li jkun ġej minn Alla, ma jmurx kontra din id-duttrina.

 

Il-Profeti ta’ Iżrael (it-tieni parti) lura għal l-ewwel parti
Addattat mill-Bibbja ta’ Ġerusalemm

Il-profeti jitkellmu kemm fuq il-preżent, kif ukoll fuq il-futur. Madanakollu il-profeti m’ humiex xi razza ta’ ħabbara tal-ġejjieni. Il-fatt li ġieli l-messaġġ tagħhom jikxef il-futur huwa minħabba li huma jkunu qiegħdin ixandru il-moħħ (il-ħsieb) ta’ Alla. Alla m’għandux ħin…ma joqgħodx iħares u jara x’ħa nagħmlu, jew jistenna. Il-ħin huwa biss karatteristika tal-univers li ngħixu fih, li ħalaq Alla. Għal Alla, li l-univers ma jesgħux, m’hemmx ħin. GħalieH, il-passat u l-futur huma preżent, dejjem. F’dan is-sens, Alla huma omnipreżenti fl-istorja tal-bniedem. La l-profeta qiegħed jitkellem fuq ħsieb Alla, allura tagħmel sens li ġieli l-profeta se jħabbar il-futur fil-Kelma li jxandar. Alla jara kollox b’mod sħieħ; il-passat, il-preżent u l-futur, m’humiex mifrudin bil-ħin għal Mulej. “Elf sena huma għalik bħal jum ta' lbieraħ li għadda, jew bħal sahra tal-lejl.” jgħidilna is-salm 90.

Minkejja li l-profeti ġieli jsemmu xi ġrajjiet tal-ġejjieni, hemm dejjem kelma li tgħodd għall- preżent fil-profezija tagħhom. Minn naħa l-oħra ġieli il-profeta tant imur fil-fond li l-messaġġ tiegħu jmurr ‘l lilin mill-fatti storiċi li jkunu qed iseħħu f’dak iż-żmien, u l-profezija tibqa misterjuża sa’ ma sseħħ.

Il-messaġġ tal-profeta ħafna drabi huma kemm tgħeddida, kif ukoll, u fuq kollox, konsolazzjoni. Ġeremija kien imsejjaħ biex “jaqla mill-għeruq u jġarraf, biex jibni u jħawwel.” Ħafna drabi il-messaġġ tal-profeta jkun iebes u jweġġgħa. Anzi, meta l-messaġġ tal-profeta jkun qares f’dan is sens, dan ikun sinjal tal-awtentiċità tiegħu. Profeta falz minn naħa l-oħra jgħid kliem ħelu, li joġgħob lil widnejk u li jappella għal loġika tiegħek. Il-profeta ta’ veru juri il-verità lil min ikellem, u għalhekk li l-messaġġ tiegħu ma jkunx jinstema sabieħ għal bidu. Il-profeta li għandu relazzjoni profonda m’Alla, jaf sewwa l-effetti terribli tad-dnub, li jfixkel ir-rieda t’Alla. Madanakollu, ir-realtà tas-salvazzjoni ma tintesa qatt. M’hemmx każtig mingħajr ma tixxandar il-maħfra warajha.

Profeta Flaz

Il-qerda tal-bhima u l-profeta falz

Benjamin West (1738-1820)

Ġesù jgħidilna, mill-frott taghħom tagħrfuhom. Kull siġra ħazina, frott ħażin tagħmel, u kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel. Kellna żgur ħafna esperjenzi fil-ħajja tagħna meta smajna minn xi ħadd u jew imxejna fuq xi prinċipju li dehrilna li kien tajjeb, imbagħad doqna frott qares b’riżultat. U minn naħa l-oħra, forsi kelna wkoll, imma inqas, esperjenzi fejn smajna kelma diffiċli u radikali, li għalkemm ma femniex eżatt għalfejn għadna nimxu fuqha, b’fiduċja f’min qalilna, obdejna, u f’dawk l-okkażżjonijiet doqna frott tajjeb!

 

© 2008 Parroċċa San Franġisk t'Assisi Qawra-Buġibba.  Site powered by Qawra Webmasters.