i

Merhba
Storja

Hinijiet
Kuntatt

Avvizi
Fuljett
Artikli
Links
   KPP  
 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fr Chris

 

STORJA TAL-PARROĊĊA

Għalkemm il-Parroċċa tal-Qawra-Buġibba ilha biss mill-2004 mill-bidu tagħha bħala parroċċa, l-għeruq tagħha huma iżjed minn 50 sena bikrin.

Kien fil-fatt fl-1955 meta f’żewġ garaxxijiet, mibdulin f’kappella, bdew jiġu użati bħala l-post fejn tiġi ċċelebrata l-Ewkaristija fil-weekends tas-Sajf.

Il-knisja li illum hemm f’Buġibba, inbniet fl-1963 u ħames snin wara bdew isiru quddies fil-weekends tul is-sena kollha. Fl-1974 Patri Manwuel Gatt ingħażel bħala rettur ta’ din il-knisja.
Il-ħidma pastorali fiż-żona tagħna bdiet fir-Randan tal-1975 permezz tal-ewwel sensiela ta’ eżerċizzi,li ntlaqgħu tajjeb ħafna.

Fl-1979, fit-18 t’Awwisu l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca ddedika u kkonsagra il-Knisja ta' Buġibba taħt it-titlu uffiċċjali ta' San Massimiljan Marija Kolbe u sena wara, bdiet ssir quddiesa kuljum.
Qegħdin naraw kif, pass wara pass il-Mulej kien jħejji it-triq sabiex tifforma l-Parroċċa tal-Qawra, li illum, speċjalment fix-xhur tas-Sajf, taqdi eluf kbar ta’ Maltin li ammont sostanzjali minnhom jiġu għall-villeġġjatura, kif ukoll eluf ta’ turisti insara li jiġu joqgħodu dawn in-naħat. Magħhom inżidu wkoll ħafna nies oħra li minkejja ma jkunux joqgħodu l-Qawra jew Buġibba, jiġu xorta għal quddies fil-weekends hawnhekk sabiex wara joħorġu f'din il-lokalita. Iżda fl-istorja tal-Qawra, għad baqa ħafna ġrajjiet li għad irridu ngħidulkom.

Wasalna fl-1988 meta inxtrat l-art li fuqha kellha tinbena l-Knisja l-ġdida tal-Qawra. Jekk tara l-Knisja tal-Qawra, kemm minn barra, kif ukoll minn ġewwa, żgur li tolqtok l-arkitettura moderna tagħha. Forsi hawn min ma jħossux komdu quddiem stil ta’ bini tant differenti minn dik tradizzjonali. Il-pjanta tal-proġett kienet togħom fil-moħħ tal-Perit Richard England, li ddiskuta l-pjanta flimkien mal-patrijiet tal-Provinċja.

Ix-xogħol beda eżattament fis-27 ta’ Marzu 1991. L-ewwel ġebla ġiet miġjuba apposta minn Assisi, l-art ta’ San Franġisk. Għad li x-xogħol ma kienx tlesta, fl-1994 bdiet tintuza il-kripta għall-Quddies. Sena wara daħlet l-ewwel komunitą fil-Kunvent il-ġdid tal-Qawra. Patri Samwuel Chetcuti, illum Provinċjal tal-Franġiskani Konventwali, kien l-ewwel gwardjan.

Il-Pastorali fl-Qawra ingħatat spinta importanti meta fl-1995 Patri Ġorġ Zammit ħa ħsieb l-organizzazzjoni tad-duttrina għat-tfal taż-żona, li għal bidu kien issir fil-kmamar tal-Uffiċċju Parrokkjali futur u l-kunvent.

Fl-1998 beda il-bini taċ-ċentru pastorali, kumpless ta’ kmamar għad-duttrina u għal ħidma ta' l-għaqdiet u laqgħat pastorali.

Fl-1999, fl-11 ta’ Awissu l-Arċisqof Monsinjur Ġużeppi Mercieca ddedika l-Knisja tagħna lil San Franġisk t’Assisi u kkonsagraha.

It-twaqqif uffiċjali taż-żona tal-Qawra u Buġibba bħala parroċċa distinta minn dik ta’ San Pawl il-Baħar, sar fit-8 ta’ Diċembru, 2004 permezz ta’ digriet mill-Kurja. L-ewwel kappillan tal-Parroċċa kien Patri Ġorġ Zammit.

Fit-8 ta’ Diċembru, 2004 ġiet imbierka il-Kappella tas-Santissimu Sagrament li hemm quddiem il-Knisja.

llum il-ġurnata għandna it-tieni kappillan tal-Parroċca tagħna; Patri Christopher Galdes.

 


© 2012 Parroċċa San Franġisk t'Assisi Qawra-Buġibba.  Site powered by Qawra Webmasters.