Merhba
Storja
Gruppi
Hinijiet
Kuntatt
Ritratti
Avvizi
Fuljett
Artikli
Links
    KPP    

 

maghmudija

 

Ngħammdu t-trabi tagħna

Is-Sagrament tal-Magħmudija jingħata  fit-tielet Ħadd tax-xahar f’ċerimonja li ssir fil-Knisja fl-4.30pm.
Qabel il-magħmudija il-koppja, u possibilment anke l-parrini  jkollhom laqgħa ta’ preparazzjoni li ssir apposta għalihom fil-Knisja.
Il-Magħmudija hija mument importanti ħafna fil-ħajja tal-bniedem u fil-ħajja tal-familja tiegħu. Fil-Magħmudija t-tarbija tikseb id-dinjita' ta' iben jew bint Alla. Ngħammdu t-trabi tagħna għax nixtiequ li minn meta għadhom żgħar ikollhom b’sehem il-wirt li Alla għandu għal uliedu; ngħammduhom żgħar biex sa minn ċkejknin jitilgħu f’ambjent nisrani.

X’għandna nagħmlu?

Meta titwieled tarbija, l-ewwelnett għandha tiġi mniżżla fir-reġistru pubbliku (l-Insinwa).
Jekk il-ġenituri jiddeċiedu li jgħammdu t-tarbija tagħhom, jiġu l-Uffiċċju Parrokkjali u magħhom iġibu ċertifikat tat-twelid tat-tarbija mill-Insinwa. Dan huwa essenzjali biex meta nirreġistraw il-Magħmudija tat-tarbija, id-dettalji jkunu l-istess.

Permess
Barra minn hekk, jekk il-ġenituri tat-tarbija jkunu jixtiequ jgħammdu barra mill-parrocca, il-kappillan jagħtihom il-permess tiegħu bill-miktub. F’kaz fejn il-genituri jkunu  jixtiequ jagħammdu fil-parroċċa tagħna imma mhumiex residenti hawnhekk , iridu jġibu l-permess tal-Kappillan tagħhom bil-miktub.
Dan għaliex, il-prattika tal-Knisja hi, li l-magħmudija ssir dejjem fil-parroċċa fejn joqogħdu l-ġenituri, madanakollu, ebda kappillan ma jsib diffikultà li jagħti l-permess meħtieġ.


Xi ħaġa dwar il-parrini
Il-parrini jridu jkunu raġel u mara, iżda jista’ jkun hemm parrinu jew parrina wieħed. Il-parrini jridu jkunu għalqu s-sittax-il sena, membri tal-Knisja Kattolika u jaċċettaw it-twemmin kollu kattoliku, ma jittraskurawx it-tagħlim nisrani u jirċievu spiss is-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin, jafu li d-dmir tagħhom huwa li jgħinu lill-ġenituri biex irabbu lil uliedhom skond il-fidi tal-Knisja u jgħinu lil min jirċievi l-Magħmudija jikber fil-fidi, iħares il-kmandamenti u jħobb il-proixxmu kif għallimna Ġesù.

Il-parrini jridu jmorru għand il-Kappillan tagħhom u jififrmaw dikjarazzjoni quddiemu. Ma jistgħux jibagħtu lil xi ħaddieħor minflokhom, iżda jridu jmorru huma stess. Din id-dikjarazzjoni, imbagħad, il-ġenituri jgħadduha lill-Kappillan tal-parroċċa fejn tkun ser issir il-magħmudija, qabel il-ġurnata tal-Magħmudija. Dawk li, għal xi raġuni jew oħra, ma jkunux qed jgħixu f’sitwazzjoni regolari, ma jistgħux jsiru parrini.

Sinjali oħra
It-tarbija titlibbes l-abjad biex turi l-ħajja ġdida li se tirċievi.
Ix-xemgħa, li waqt iċ-ċelebrazzjoni tinxtegħel mill-ġenituri mill-Blandun, għandha tinżamm b’tifkira għażiża tal-Magħmudija.

 

© 2008 Parroċċa San Franġisk t'Assisi Qawra-Buġibba.  Site powered by Qawra Webmasters.