Merhba
Storja
Gruppi
Hinijiet
Kuntatt
Ritratti
Avvizi
Fuljett
Artikli
Links

"Min missni?"

Ħafna drabi ngħidu kemm kienu ixxurtjati n-nies li għexu fl-istess post u żmien meta kien jgħix Ġesù. Kemm kien ikun sabiħ kieku smajna l-kelma tiegħu mingħandu stess jew rajna xi miraklu kbir, jew saħasitra kellimnih! Madanakollu, fir-realtà, biex verament Kristu jagħmel differenza f’ħajjitna, jeħtieġ xi ħaġa lil hinn minn dawn is-sentimenti!

F’silta tal-Vanġelu insibu mara, li wara tnax-il sena tbati bit-tnixxija tad-demm, misset tarf il-mantar ta’ Ġesù waqt li kien miexi qalb folla ta’ nies. It-tnixxija tad-demm waqfet eżatt malli misset tarf il-libsa ta’ Kristu. Ma kienx jeħtieġ li Ġesù jieqaf, jitkellem mal-mara u imbagħad ifejjaqha, iżda sempliċiment kuntatt miegħu, anzi mal-libsa tiegħu. Żgur li dan il-kuntatt kien wieħed speċjali ħafna. Tant hu hekk li wara li missitu Ġesù waqaf, dar u staqsa; ‘Min missni?’. ‘Kif tistaqsi min missek mgħallem?’ qalulu d-dixxipli tiegħu. Kien hemm tant nies irossu fuqu li d-dixxipli ma setgħux jifmuha.

Wara li dam jistaqsi min kienet il-persuna, naraw kif il-mara resqet lejh u stqarret kollox. Ġesù jagħtina ħjiel x’tip ta kuntatt kellha din il-mara miegħu. ‘Il-fidi tiegħek fejqitek’. Mhux darba u tnejn li Ġesù tenna din il-frażi. Anki fl-istorja tal-qaddej taċ-ċenturjun, Ġesù jgħid li ma rax fidi ikbar minn dik taċ-ċenturjun f’Iżrael kollu, u mingħajr ma’ kellu ebda kuntatt la maċ-ċentrujun u lanqas mal-qaddej marid tiegħu, il-qaddej fieq fl-istess ħin li Ġesù tenna dak il-kliem.

Mhux tant kemm ikollna sentimenti sbie ħ u qawwija meta naħsbu fil-Mulej li ħa jagħtina l-fejqan fil-ħajja tiegħna. Għaliex lanqas jekk ikollok tmiss lil Kristu, bħalma kemm-il darba għamilt meta tqarbint, mingħajr il-fidi, mingħajr ma tistenna l-fejqan tiegħu bil-fidi; li huwa għandu qawwa iżjed mid-dgħjufija tiegħek, wisq probabbli ma tfieqx. Qiegħed ngħid wisq probabbli, għax Alla fil-ħniena bla qies tiegħu, jista’ ifejjaq anke lil min hu bla ħeġġa u bla ma jistenna xejn mingħand Alla. Bħalma għamel Kristu lil għama minn twelidu li nsibu fil-Vanġelu ta’ San Ġwann. Imma jekk verament tinduna kemm inti mjassar mid-dnub, li jifniek minn ġewwa fik, żgur li mill-ewwel tara x’tagħmel biex tfieq. Tista’ tmiss lil Kristu, anke illum. Int tista tmissu bil-fidi. U l-fidi issalvak.

Mara tnixxi d demm

 

Aktar artikli

X'toffri din il-websjat

Il-Programm ta' Alla

Il-Grazzja ta' Alla

Dar għal Alla

Daqt Ġej!

Spiccalhom l-inbid

Il-Profeti

Alla lil kullħadd irid fis-Saltna tiegħu

Il-Gratiduni tal-bniedem

Il-Konverzjoni

Għaddiet il-festa...x'ħalliet f'qalbna?

 

© 2009 Parroċċa San Franġisk t'Assisi Qawra-Buġibba.  Site powered by Qawrawebmasters.