Merhba
Storja
Gruppi
Hinijiet
Kuntatt
Ritratti
Avvizi
Fuljett
Artikli
Links
    KPP    

 

Triq Dejqa

It-Triq id-Dejqa

Ta' 'Crystal', miġjuba minn Picasa Web Albums

 

 

 

Il-Programm ta' Alla


Alla għandu pjan imħejji għalina jew iħallina ngħixu kif irridu basta ma nagħmlux dnub? Spiss nisimgħu li hemm ħafna toroq li jwasslu għand Alla. Din hija kelma li tista tkun ta’ tfixkil għalina, għaliex nistgħu ninterpretawha b’ħafna modi u ħafna minn dawn l-interpretazzjonijiet huma qarrieqa.

Is-salmi, fejn Alla huwa dejjem fiċ-ċentru tal-ħajja tal-kittieb, insibu ħafna versi li jitkelmu dwar triqat-il Mulej. Vers minnhom huwa s-salm 86: Triqatek Mulej urini, filwaqt li s-salm 17 jgħid Il-mixi tiegħi żammejt fi triqatek, qatt ma għotru riġlejja. Għas-salmista l-prijorità hija li jkun mixi fit-triqat ta’Alla. Imma kemm hawn toroq? Ġesù ma jgħidx li hemm ħafna toroq…imma fuq tnejn biss: Għaddu mill-bieb id-dejjaq. Għax wiesgħa l-bieb u spazjuża t-triq li tieħu għat-telfien, u ħafna huma li jgħaddu minnha. Imma kemm huwa dejjaq il-bieb u dejqa t-triq li tieħu għall-ħajja, u ftit huma li jsibuha! (Mt17, 13-14).

X’ifissru dawn iż-żewġ toroq? Dawn huma r-rieda ta’ Alla għalik u x-xewqat tiegħek li ħafna drabi ma jkunux jaqblu ma’ tiegħu. Ir-rieda ta’ Alla hija l-istorja li jippermetti f’ħajtek bħala programm ta’ mħabba, lejh u lejn l-oħrajn, imma din hija wkoll dejqa, li min hu żgħir bħat-tfal jgħaddi minnha, jiġifieri irid ikollok fidi mimlija fiduċja bħal ta’ tifel żgħir lejn missieru biex tgħidlu iva u tidħol fir-rieda tiegħu. Ir-rieda tiegħek u tiegħi ħafna drabi tkun it-triq il-wiesa’, fi kliem ieħor, ħajja mimlija deċiżjoni meħudin mingħajr ma tistaqsi - imma Alla x’iridni nagħmel ? x’irid jgħidli Alla b’din is-sitwazzjoni? Dan huwa kliem ieħor flok dak li qal is-salmista meta jgħid triqatek Mulej urini.

Kemm huwa faċli niġu mqarrqa wkoll, jekk nserrħu rasna li qegħdin fir-rieda ta’ Alla għax naħsbu li m’aħna nagħmlu xejn ħażin. Ġesù qalilna iżjed minn parabbola waħda fejn xi ħadd jintilef mhux minħabba dak li għamel, imma b’konsegwenza ta’ dak li ma għamilx.

Imma allura din ir-rieda ta’Alla x’inhi? Huwa l-Mulej li jippermetti ngħaddu mill-ġrajjiet li jiġu fuqna u hemmhekk huwa jkun qiegħed ikellimna. Huwa diffiċli li weħidna naraw x’ikun qiegħed jgħidilna Alla fil-ġrajjiet u huwa diffiċli wkoll li naraw l-kwadru kollu, li xi kultant tinkludi azzjonijiet jew ġudizzji iebsin minn naħa ta’ ħaddiehor.
Jeħtieġ li nitolbu lil Alla għad-don tal-fidi sabiex minflok niġġieldu biex naħarbu ir-realtà, li Alla stess ikun qed jippermettilna għas-salvazzjoni tagħna, nidħlu fiha bi spirtu ta’ ubbidjenza ta’ tifel mimli fiduċja lejn missieru kollu mħabba.

 

 

 

 

 

© 2008 Parroċċa San Franġisk t'Assisi Qawra-Buġibba.  Site powered by Qawra Webmasters.