Merhba
Storja
Gruppi
Hinijiet
Kuntatt
Ritratti
Avvizi
Fuljett
Artikli
Links
    KPP    

'Jien minix xi qaddis...'

Din hija frażi li ħafna drabi niġġustifikaw ruħna permezz tagħha. “Jien miniex xi qaddis, imma lanqas ma jien xi bniedem  ħażin…”. Kemm togħġobna t-triq tan-nofs! Mingħajr ma rridu, inħossuna komdi fil-moderazzjoni, kemm fit-tajjeb u kemm fil-ħażin. Propjament, triq tan-nofs m’hemmx. Teżiżti ħajja nisranija, u ħajja mhux nisranija. Ħajja nisranija ma tfissirx ħajja li fiha l-bniedem ma’ jaqa qatt fid-dnub, iżda ħajja li fiha l-bniedem jgħixha fil-verità. Kelma oħra flok verità hija umiltà.

Tassew li l-umiltà hija importanti ħafna. Pero xi kultant nitfixkluha ma’ li niddisprezzaw lilna nfusna jew xi kwalitajiet tagħna…din mhix umiltà iżda falzità. L-umilta li għexet Marija tagħtina idea ċara dwar x’jiġifieri tkun umli. L-umiltà hija li tagħraf il-verità fuqek innifsek. X’verità? Il-verità li aħna midinbin…biżżejjed midinbin li l-Iben t’Alla kellu, xejn inqas milli jissammar fuq salib biex jifdina! Il-verità li kont inti u jiena stess, bħal dawk il-Lhud, li ridna lil Barabba u mhux lil Kristu, meta ġejna biex nagħżlu bejn dnub u virtù. Pero li kieku l-istorja tispiċċa hemm, konna nkunu l-iżjed bnedmin imsejka fuq wiċċ l-art. Il-verità hija wkoll li Ġesù Kristu miet għalik u għalina, personalment għalik u teżisti l-maħfra tad-dnubiet! Il-Verità li Ġesù qam mill-Mewt u jrid jagħtik ħajja differenti minn dik li għandek issa.

Marija fejn tidħol f’dan kollu? Marija, fil-Kantiku tagħha, issejjaħ lil Alla s-salvatur tagħha u tirreferi għaliha nnifisha bħala qaddejja ċkejkna tiegħu, hi li hija mwielda mmakulata. Jekk Marija, fil-qdusija tagħha, isejjaħ lil Alla s-Salvatur tagħha, kif tassew Hu, mela kemm iżjed aħna ċkejknin aħna, u kemm iżjed aħna għandna nsejħu lil Alla s-Salvatur tagħna aħna li aħna midinbin!

Meta Ġesù qal ‘tħabtu biex tgħaddu mill-bieb id-dejjaq’, kien qed jistedinna għall-umilta, li aktar milli niċċekknu, tfisser li nagħarfu ċ-ċokon tassew tagħna. Dan jista jseħħ, bil-għajnuna ta’ Alla, jekk nemmnu verament li kull ma’ hu tajjeb fina, huwa tiegħu. X’fadal fina? Il-ħażin. X’ħa nagħmlu bih? Nistqarruh, għax Ġesù Kristu ħafrilna dnubietna. B’hekk, imneżżgħin minn kollox ngħaddu mill-bieb d-dejjaq, għax ma jkun fadal xejn ħlief iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.

Bieb_dejjaq

Il-Bieb id-dejjaq, struttura fid-Domus Galilea, Israel, bil-Lhudi fuq l-istruttura hemm miktuba biċċa mid-disorks tal-muntanja (Mattew, kap. 5)

 

Aktar artikli

'Min missni?'

X'toffri din il-websjat

Il-Programm ta' Alla

Il-Grazzja ta' Alla

Dar għal Alla

Daqt Ġej!

Spiccalhom l-inbid

Il-Profeti

Alla lil kullħadd irid fis-Saltna tiegħu

Il-Gratiduni tal-bniedem

Il-Konverzjoni

Għaddiet il-festa...x'ħalliet f'qalbna?

 

© 2009 Parroċċa San Franġisk t'Assisi Qawra-Buġibba.  Site powered by Qawrawebmasters.