Klabb Familja Franġiskana

Klabb

klabb

Programm

programm

Artikli

artikli

CatholicTVjr

CatholicTV 

Artikli

Irtir għall-Koppji MiżżewġinIrtir

Il-Ħadd 14 ta’ Marzu 2010 il-Klabb Familja Franġiskana organizza l-ewwel irtir għal koppji membri u ġew mistiedna wkoll il-koppji li jattendu fil-GruFan tal-Qawra.

Dan l-Irtir sar ġewwa ċ-Ċak B’Kara. Qattajnha sebgħa sigħat flimkien il-bogħod minn kollox. L-anqas indunajna kif għadda l-ħin. Konna lkoll relassati fejn ħassejna ħafna il-preżenza tal-Mulej viċin tagħna.

Fost l-oħrajn dan l-Irtir kien jikkonsisti f’Talb, Diskussjoni, Ħin ta’ mistrieħ, ikel u spiċċajna b’quddiesa. Waqt il-quddiesa sar it-Tiġdid tal-Wegħdiet taż-Żwieġ.

Fost is-suġġetti li għaddejna nsibu dawn:
Kristu għandu post fiż-żwieġ tagħna?
Kif inħossuna meta nħobbu u meta naħfru?
Xi jfisser iż-żwieġ għalina? Photo Language.

L-Irtir tmexxa ferm tajjeb min Patri Frans Deguara Ofm Conv. Ta’ min isemmi li Patri Frans għandu esperjenza kbira fil-qasam taż-Żwieġ nisrani. Ilu għal dawn l-aħħar 30 sena jaħdem id f’id mal-Moviment ta’ Kana. Min jaf kemm għaddew koppji min taħt idejh fit-tħejjija taż-żwieġ tagħhom?

Imbagħad is-Sibt ta’ wara, jiġifieri fl-20 ta’ Marzu ġewwa l-kripta saret sezzjoni qasira ppreparata min Patri Frans bħala follow up ta’ dan l-irtir.

Mill-kummenti ta’ wara deher ċar kemm irtiri bħal dan huma bżonnjużi għal koppja miżżewġa. Il-persuni li attendew, li għal bosta minnhom kienet l-ewwel okkażjoni tax-xorta tagħha, dehru li sarilhom ħafna ġid. Aktar milli huma stess ħasbu li seta’ jsirilhom.

Dan għandu jqawwilna qalbna sabiex din ma tkunx okkażjoni ta’ darba, iżda għal futur nerġgħu norganizzaw xi ħaġa simili.

 

 

 

 

 

 

Ritratti

ritratti

Kuntatt

kutatt

Links

links

© 2010 Parroċċa San Franġisk t'Assisi Qawra-Buġibba.  Site powered by Qawra Webmasters.