Klabb Familja Franġiskana

Klabb

klabb

Programm

programm

Artikli

artikli

 

CatholicTVjr

CatholicTV

Artikli

Min Aħna!

Dan il-grupp ta’ familji ilu mwaqqaf uffiċjalment minn eżatt xagħar qabel, ma' l-knisja tagħna ġewwa l-Qawra saret parroċċa, jiġifieri minn Novembru 2004.
Minn grupp ta’ erba' familji illum ngħoddu mat-tletin familja. Kienet ideja li tressqet lil X-kappillan Patri Ġorġ Żammit u dan ħatar l-ewwel direttur spiritwali li kien Fr. Donald M. Bellizzi. Dawn il-familji jiltaqgħu isfel ġewwa l-kripta, sibt iva u sibt le. L-għan prinċipali hu li tingħata formazzjoni spiritwali u edukattiva lil familja kollha.

Dan hu klabb differenti mill-klabbs li nsibu fis-soċjeta fejn il-familja kollha tinġabar flimkien; jiġifieri r-raġel, il-mara, kif ukoll l-ulied. Isiru diversi laqgħat fil-preżenza tat-tfal fejn niddiskutu diversi suġġetti. Nistiednu persuni, fosthom saċerdoti, biex jgħinuna f’din il-formazzjoni tal-familja. Wara kull laqgħa nqattgħu ftit ħin nitkellmu, nilgħabu u nieklu xi ħaġa flimkien.
minn żmien għal żmien isiru wkoll adorazzjonijiet sabiex immissu wkoll l-element spiritwali u ninqatgħu ftit mir-rutina ta' kuljum. Attivitajiet soċjali bħal xi ħarġa kulturali, bbq, picnics u aktar ma jonqsux.
Għan ieħor hu li l0membri jagħtu kontribut qawwi f’attivitajiet soċjali li jiġu organizzati mill-parroċċa matul is-sena kollha. L-irġiel, in-nisa u anke t-tfal tarhom imiddu jdejhom biex dik l-attivita’ li tkun ser issir, tkun suċċess.

Pjan għal futur:

F’dan il-klabb ninsabu numru sabiħ ta’ familji maqgħudin flimkien f’direzzjoni waħda. Dik li nikbru flimkien u nkunu ta’ servizz. Dan kollu jsir permezz tat-talb u l-imħabba lejn il-familja f’għaqda waħda m’Alla, li għandu jkun ll skop ewlieni fil-ħajja tagħna.
Barra minn hekk  għandna nkunu spirati mit-tema tal-pjan pastorali li kien niedha Mons. Arċisqof  Pawlu Cremona – “Meta nintrefa’ ‘l fuq mill-art, niġbed il-bnedmin kollha lejja’. Dan itinha kuraġġ biex il-pjan ewlieni tagħna nwettquh. Dan hu li nkomplu nżidu l-familji fi ħdan il-Klabb Familja Franġiskana, ħalli jsir aktar u aktar ġid fost il-familji fil-Qawra u aktar ġid għal parroċċa tagħna. Nistiednu lil kull min jaf familji tajbin, speċjalment bit-tfal żgħar, iħeġġiġhom jibdew jattendu magħna.

 

 

 

 

 

 

Ritratti

ritratti

Kuntatt

kutatt

Links

links

© 2010 Parroċċa San Franġisk t'Assisi Qawra-Buġibba.  Site powered by Qawra Webmasters.