Programm: Ottubru-Diċembru 2010
Għeżież ħbieb,
Sena oħra għall-grupp tagħna Familja Franġiskana reġgħet bdiet kif ilkoll tafu kellhom isiru xi tibdil fl-organizzazjoni. Minn-naħa tal-grupp organizzativ se jibdew imexxu il-koppja Baldacchino u l-koppja Zammit bil-għajnuna ta’ oħrajn fostom jien Br. Etienne Gilson bħala raprezentanza minn-naħa tal-Parroċċa u għall-organizzazjoni tal-attivtajiet spiritwali.
Xtaqna nagħmlu programm kemm jista’ jkun varjat u fl-istess ħin interesanti li jgħolqot il-gosti ta’ kulħadd. Inħeġġiġkom li tħeġġu ħbieb tagħkom biex jingħaqdu u jibdew jagħmlu parti mall-grupp tagħna.
Ejjew ħalli għal dawn l-attivitajiet inkunu presenti kollha biex flimkien inkunu nistgħu nikbru iktar u nsiru nafu iżjed lil xulxin. Infakkar lill-Kripta se tibda tiftaħ f’dawn il-ġranet mis-19.30 sal 11.30. Il-laqgħat dejjem se jibdew mit-20.00 il-quddiem nitlobkom tkunu puntwali biex ma ntelfux lil xulxin. Dawk li jkunu jixtiequ jikkomunikaw ma Bro Etienne Gilson tistgħu tagħmluh fuq 21577088 ext 9, jew minn fuq il websajt stess permezz tal-formula li tista issib hawn.
Nitlob il-Barka tal-Mulej fuqkom
Grupp tat-tmexxija u
Bro Etienne Gilson
F’ Isem il-Kappillan
Is-Sibt 16 t’Ottubru |
Ruzarju Franġiskan |
Is-Sibt 30 t’Ottubrul |
Ħsieb fuq il-Vanġelu – Tombla |
Il-Ħadd 7 ta' Novembru |
Ġurnata flimkien. Quddiesa tad-9.30 u wara ngħazlu post fejn immorru. |
Is-Sibt 13 ta’ Novembru |
Diskussjoni bit-tema: Id-Divorzju minn P. Ġorġ Zammit |
Is-Sibt 27 ta’ Novembru |
Talk fuq l-Avvent. Bro Etienne Gilson |
Is-Sibt 11 ta' Diċembru |
Diskussjoni bit-tema: Ġenituri u tfal. Serena Buhagiar |
Is-Ġimgħa 24 ta' Diċembru |
Christmas Breakfast |
Il-Ġimgħa 31 ta' Diċembru |
New Years eve |
|