Merhba
Storja
Gruppi
Hinijiet
Kuntatt
Ritratti
Avvizi
Fuljett
Artikli
Links
    KPP    

 

Qawra church

 

 

MERĦBA!

X'tofri l-websajt tal-Parroċċa?


 

F’dawn il-ġimgħat nixtiequ nġibu fl-attenzjoni din il-websajt li qiegħdin nibnu. L-ewwel websajt tal-parroċċa tal-Qawra kienet www.qawrachurch.org u din kien jiħu ħsiebha P. Gorg Attard, ofm conv. li kien wieħed mil-patrijiet tal-Parroċċa tagħna fis-snin li għaddew.

Mis-sajf tas-sena 2008, il-komunità l-ġdida tal-Parroċċa tal-Qawra bdiet taħseb biex iġġedded il-websajt tal-Parroċċa. It-tim li beda jieħu ħsieb il-websajt sar jismu Qawrawebmasters u kien magħmul minn diversi membri imexxijin minn P. George Butiġieġ. Minn żmien il-festa ta’ S. Franġisk tas-sena l-oħra, it-tim tal-Qawrawebmasters imbidel u bħalissa il-websajt qiegħdha tiġi mġedda minn diversi  żgħażagħ li qiegħed jagħtu sehemhom sabiex din il-websajt tkun ta’ servizz għal-Knisja fil-Qawra.

Il-websajt inbidel isimha u issa hija www.qawrachurch.com . Din websajt hija mniżżla fuq artiklu fuq il-Qawra fil-wikipedia, kif ukoll fil-websajt tal-Kurja ta’ Malta.  Minn hawnhekk nirringrazzjaw lil www.zettconcept.com  li qiegħdin iżommulna l-websajt fis-server tagħhom mingħajr ħlas.

Il-websajt toffri l-iżjed l-avviżi riċenti tal-parroċċa, il-fuljett Leħen il-Parroċċa, ritratti tal-attivitajiet, informazzjoni fuq gruppi, informazzjoni fuq ħinijiet tal-Uffiċċju Parrokkjali u tal-Quddies kollu tal-ġimgħa. Fil-ġenb tal-homepage issib il-qari tal-Ħdud, xi avviżi riċenti ta’ updates tal-websajt, u ariklu ġdid kull ġimgħa b’tema kateketika. L-artikli kollha li nkitbu qiegħdin kollha mniżżlin fil-ġenb tal-homepage kif ukoll jekk tikklikja fuq il-buttuna Artikli taħt il-header tal-websajt. L-artikli huma miktubin minn wieħed miż-żgħażagħ tal-Qawrawebmaster u qabel ma jiġu ppublikati, jinqraw minn P. Antoine Apap ofm conv li kien ukoll wieħed mil-patrijiet f’din il-parroċċa ftit tax-xhur ilu.

Inħeġġek biex tibgħatilna, lilna t-tim tal-Qawrawebmasters fuq l-email qawrachurch@yahoo.com sabiex tagħtina l-kummenti tiegħek. Għandna bżonn tal-għajnuna, għaliex ix-xogħol li tirrikjedi websajt bħal din huwa wieħed kbir. Għalhekk jekk tixtieq tagħti daqqa t’id lil Qawrawebmasters għidilna. Jekk tixtieq tikteb lil wieħed mill-patrijiet tal-parroċċa, lil Kapillan jew lil parroċċa inġenerali, ibgħat l-email tiegħek fuq l-indirizz li jidher f’din il-paġna.

Nittamaw li l-websajt tkun ta’ servizz għalik!

Il-Paċi miegħek!

Qawrawebmasters

 

 

 

© 2009 Parroċċa San Franġisk t'Assisi Qawra-Buġibba.  Site powered by Qawrawebmasters.